| |
|
|
|
| |
 |
|
|
| |
|
Giuseppe Verdi (1813-1901) |
|
|
|
| |
|
100 sena minn mewtu |
|
|
|
| |
|
by Joseph Debrincat |
|
|
|
| |
|
|
|
|
|
| |
|
Zgur li jekk wiehed irid isemmi forma muzikali li kellha success u ghad fadlilha mportanza kbira fl-istorja tal-muzika hija bla dubju ta’ xejn l-opra li kellha l-bidu taha fil-perjodu Barokk gewwa Firenze, l-Italja. Ghalkemm sussegwentement l-opra infirxet barra mill-Italja u kellha success f’pajjizi ohra bhal Franza u l-Germanja, l-Italja zgur li kienet, ghadha u tibqa l-mekka ta’ l-opra. Perjodu mportanti fl-istorja ta’ l-opra huwa bla dubju ta’ xejn il-perjodu romantiku fejn kompozituri bhal Bellini, Rossini, Donizetti, Verdi u Puccini gewwa l-Italja; Meyerbeer, Gounod, Halevy, Saint Sains u Bizet gewwa Franza filwaqt li b’konnessjoni ma’ l-opra Germaniza nsibu lil Weber u lil Wagner tawna opri sbieh mimlija sentiment u drammaticita’.
Pero’ wiehed irid jammetti li l-aktar stil familjari ma’ l-udjenza Maltija huwa bla dubju ta’ xejn l-istil ta’ l-opra Taljana. U meta wiehed isemmi l-opra Taljana zgur li barra Donizetti, Rossini ecc., irid isemmi lir-re ta’ l-opra Taljana – Giuseppe Verdi. Verdi twieled gewwa Le Roncole, vicin Bussetto, fil-provincja ta’ Parma, fl-10 ta’ Ottubru 1813. Sa mill-bidu ic-ckejken Verdi wera li kellu talent kbir ghall-muzika tant li ghalkemm il-familja tieghu ma kenitx xi wahda sinjura xorta wahda ghamlu minn kollox u baghtu li Giuseppe jiehu xi lezzjonijiet tal-muzika. Infatti nsibu li ta’ hdax –il sena Verdi kien diga’ jdoqq tajjeb l-orgni fil-knisja. It-talent ta’ Verdi gibed l-attenzzjoni ta’ merkant tat-tajjeb, Antonio Barezzi, u dan beda jhallaslu hu sabiex ic-ckejken Verdi jkun jista’ jkompli l-istudji muzikali tieghu aktar fil-fond. Fil-fatt Verdi dejjem baqa jsib li barezzi bhala t-tieni missier tieghu, l-izjed meta huwa izzewweg lit-tifla ta’ Barezzi stess, Margerita.
Wara xi ftit taz-zmien iz-zaghzugh kien issa lest sabiex imur fil-belt muzikali ta’ Milan u applika ghall-konservatorju ta’ Milan, pero haga ta’ l-iskantament Verdi ma irnexxilux jghaddi mill-ezamijiet tal-ammissjoni u ghalhekk ma giex accettat. Pero’ Verdi xorta wahda baqa ghal ftit taz-zmien gewwa Milan u hemmhekk kellu l-okkazzjoni li jistudja privatament ghand l-kompozitur Lavigna. Sa dan it-tant huwa kien diga’ beda jikkomponi xi bcejjec zghar. Fl-1837 twilditlu l-ewwel tifla Virginia filwaqt li sena wara twilidlu tifel Icilio. Izda xahar biss qabel l-ewwel rapprezentazzjoni ta’ l-ewwel opra tieghu Oberto, conte di San Bonifacio (1839), Verdi gratlu dizgrazzja kbira. F’temp ta’ xahar mitulu z-zewg uliedu filwaqt li sena wara (1840) mietet ukoll Margerita li tant kienet taghtih sapport. Minkejja dan kollu l-opra kellha kritika tajba mhux hazin. Fl-1840, jigifieri s-sena tal-mewt ta’ martu, Verdi beda x-xoghol fuq it-tieni opra tieghu, l-opra komika Un giorno di regno o il finto Stanislao (1840). Insibu li darba Verdi kien esprima li filwaqt li kien qieghed jikteb opra komika huwa kien forsi ghaddej mill-aktar mument tragiku ta’ hajtu. Biex l-istorja tkun kompluta, din l-opra giet kritikata immens mill-kritici. Din id-darba Verdi iddecieda li jieqaf mill-karriera muzikali, dik il-karriera li tant kien thabat ghaliha. Izda darba fost l-ohrajn Verdi ltaqa’ mall-impresario Merelli, u dan ipperswadih biex jikkunsidra l-librett bl-isem ta Nabucodonosor. Ghalkemm Verdi ma accettax mill-ewwel iddecieda li jaghtih daqqa t’ghajn. Dan il-librett tant laqghat lil Verdi li beda jikkomponieh u fl-1842 twieldet l-opra Nabucco. Din l-opra nistghu nghidu li kienet dik l-opra li fethet il-bibien tas-success ghal Verdi. Kienet dik l-opra li uriet verament il-kobor muzikali ta’ Verdi. Wiehed irid izomm f’mohhu li din l-opra inkitbet meta fl-Italja kienet ghaddejja battalja shieha favur in-nazzjonalizzmu. Ma’ ninsewx li fi zmien Verdi l-Italja kienet mahkuma mill-Awstrijaci u l-Francizi. Bil-kor “Va pensiero”, l-poplu hass li l-Ebrej kienu qishom t-Taljani li qeghdin jittalbu sabiex jiehdu raghhom f’idejhom. Infatti dan il-kor ghadu sal-lum jitqies bhala t-tieni innu nazzjonali ta’ l-Italja. Minn hawnhekk il-quddiem niltaqghu ma’ hafna mumenti fejn Verdi kellu jhabbat wiccu ma’ hafna diffikultajiet rigward censura mill-Awstrijaci li min naha taghhom mill-ewwel fehmu l-hsieb ta’ Verdi li jqajjem kuxjenza nazzjonali bl-aktar mod pulit – bil-muzika.
Wara Nabucco kien imiss issa l-opra I Lombardi alla Prima Crociata (1843) li l-istess bhal ta’ qabilha ghandha tema religjuza filwaqt li ghandha ukoll tracci pattrijottici. L-opra Ernani (1844) kellha process pjuttost difficli minhabba c-censura pero kollox ma’ kollox din l-opra kellha success formidabbli.
L-opra ta’ wara, l-melodrama I due Foscari (1844), tat bidu ghal dak il-perjodu msejjah ‘anni di galera’ minn hafna kritici. Din l-opra giet imbaghad segwita mill-opri Giovanna d’Arco, Alzira (1845) u Attila (1846). F’dan iz-zmien Verdi beda juri nteress qawwi lejn x-xogholijiet ta’ William Shakespeare. L-ewwel xoghol li gie f’mohh Verdi kien King Lear izda dan ix-xoghol, minkejja li xi partijiet tal-librett kienu diga’ saru, qatt ma’ gie materjalizzat. Pero’ xorta wahda x-xoghol li kien imiss kien jittratta drama ta’ Shakespeare, Macbeth (1847). Din hija opra li turi bic-car il-kobor muzikali ta’ Verdi. Insibu sens qawwi ta’ drammaticita’ kif fuq kollox titlob id-drama ta’ Shakespeare. Fl-istess sena, jigifieri fl-1847 Verdi, fuq kummissjoni mit-Teatru ‘Her Majesty Theatre’, kiteb l-opra I Masnadieri.
Wara din l-opra Verdi kien ghamel xi revizzjonijiet fuq l-opra I Lombardi alla Prima Crociata sabiex din tkun tista tigi prezentata gewwa Franza. Infatti gewwa Franza din l-opra dehret taht l-isem ta’ Jerusalem. Fl-istess sena, jigifieri fl-1848, Verdi kiteb l-opra Il Corsaro. Wara din l-opra Verdi irritorna ghall-istil ta’ l-opra li tant kien ihobb – dak li jittratta sitwazzjonijiet militari u rjali. Fil-fatt l-opri La Battaglia di Legnano u Luisa Miller, it-tnejn fl-1849, huma t-tnejn f’dan l-istil li kif ghidt kien tant ghall-qalb Verdi. Sena wara Verdi kiteb l-opra Stiffelio, illum nafuha bhala Aroldo.
Izda forsi l-izjed perjodu importanti li fih nistghu nghidu li naraw lil Verdi bhal l-aktar kompozitur favorit ta’ l-opra huwa propju l-perjodu hekk imsejjah tan-nofs. F’dan il-perjodu nsibu xejn anqas mit-trio ta’ opri - Rigoletto (1851), Il Trovatore (1853) u La Traviata (1853). Ghalkemm dawn l-opri huma miktub fit-tradizzjoni tad-dsatax –il seklu, jigifieri li l-opra tkun maqsuma f’set numbers {aria, dwett, recitattiv, kor ecc}, f’dawn l-opri wiehed jibda josserva certu innovazzjonijiet li imbaghad jidhru aktar cari fl-opri li gew wara. Il-parlant (recitattiv) li kien tant famuz fit-tmintax –il seklu, ma’ Verdi sar wiehed aktar flessibli. Verdi, bhal Wagner, beda jaghmel uzu ta’ motifi li jigu uzati f’diversi sitwazzjonijiet sabiex idahhlu lill-udjenza aktar fl-istorja u fl-ispirtu. Il-cabaletti (l-ahhar parti ta’ l-aria) ma baqghux jigu uzati biss sabiex juru l-bravura tal-kantant jew kantanta izda barra minn hekk bdew jigu uzati fil-kuntest ta’ l-istorja. L-orkestra ma’ baqghetx tigi uzata biss biex takkumpanja l-kant izda hadet rwol specifiku – dak li tghin fl-izvilupp ta’ l-azzjoni. Haga ohra li naraw f’dawn l-opri ta’ Verdi hija li izjed ma’ beda jghaddi z-zmien it-teknika tal-coloratura li tant kienet uzata minn Rossini, Bellini, Donizetti kif ukoll Verdi nniffsu bdiet issir anqas importanti filwaqt li l-arji tieghu bdew kull ma jmur isiru inqas simettrici b’armonija izjed varjata minn qatt qabel. Wara s-success kbir b’dawn it-tliet opri Verdi ikkompona I Vespri Siciliani (1855). Ghalkemm f’Italja kienet success din l-opra, bhal diversi opri li gew qabilha u xi ohrajn li gew wara, din l-opra kellha tghaddi minn diversi problemi minhabba c-censura u ghalhekk kellha tigi prezentata taht diversi titli ohra. Kellu jghaddi izjed minn sena li Verdi rega medd ghonqu ghax-xoghol fuq suggett gdid – din id-darba l-opra Simon Boccanegra (1857). Un Ballo in Maschera (1859), l-istess bhal Ernani, Rigoletto, I Vespri Siciliani ecc, kellha ukoll tghaddi minn taht idejn ic-censura. L-opri La Forza del Destino (1862), Don Carlos (1867) huma ukoll xiehda tal-kobor drammatiku u muzikali ta’ dan il-genju ta’ l-opra. Izda l-opra Aida (1871), l-opra li giebet fit-tmiem dan il-perjodu, hija opra li tigbor fiha l-kwalitajiet kollha li Verdi kien esperimenta bihom fl-opri li gew qabel. F’din l-opra naraw l-eliminazzjoni tas-set numbers kif ukoll naraw l-uzu mportanti ta’ dawk il-motifi li jidhru minn hin ghall-iehor sabiex iwasslu messagg. Infatti insibu li kwazi l-karattri kollha f’din l-opra ghandhom motif jew tnejn li huma assocjati maghhom. Wiehed jinnota ukoll zvilupp tekniku fl-orkestrazzjoni li juza Verdi. Kollox ma’ kollox wiehed jigbed konkluzzjoni li din l-opra hija l-preparazzjoni assoluta ghall-perjodu li kien ghadu irid jigi hafna wara.
Ghall-diversi snin, ezattament sittax –il sena shah, Verdi bhala donna ghalaq il-karriera operistika tieghu. Izda f’dawn is-sittax –il sena Verdi xorta wahda baqa jikkomponi – pero’ stil ta’ muzika differenti. Infatti insibu li Verdi ikkompona xi ghanjiet zghar filwaqt li fl-1873 ipprezenta l-String Quartet in Mi Minore. Imbaghad, sena wara, Verdi ikkompona forsi wiehed mill-aktar xogholijiet famuzi tieghu barra mill-opri, Messa da Requiem b’dedika lir-rumanzier pattrijottiku Taljan Alessandro Manzoni. Xi kritici Verdjani jsostnu ukoll li din ir-requiem hija l-izjed opra famuza ta’ Verdi. Dan minhabba l-fatt li l-muzika ta’ din il-quddies hija pjuttost drammatika u ghalhekk ma hix skond in-normi tal-knisja. Wara dawn is-sittax –il sena li jifirdu l-perjodu tan-nofs mill-ahhar perjodu kreattiv ta’ Verdi nsibu l-akbar kapolavuri ta’ Verdi fejn tidhol l-opra. Otello (1887) u Falstaff (1893) huma zewg opri li ghandhom librett tal-kompozitur bravu Arrigo Boito ibbazati fuq ix-xogholijiet ta’ Shakespeare. Ghalkemm dawn l-opri ghadhom bhala bazi l-opra tradizzjonali Taljana, fihom Verdi tela’ skalluna kbira fejn tidhol teknika. Fihom Verdi johloq bilanc bejn il-muzika u d-drama. Fl-1889-98 Verdi imbaghad kiteb xoghol iehor sagru – din id-darba Quattro pezzi Sagri li fost l-ohrajn jinkludu Ave Maria, Te Deum u Stabat Mater.
Imbaghad fl-1899, sentejn qabel ma’ miet Verdi ghamel xoghol kbir iehor, bid-differenza li din id-darba ma kienx xoghol muzikali. F’din is-sena Verdi waqqaf il-famuza Casa di Riposo fejn il-muzicist anzjani setghu jghixu flimkien taht saqaf wiehed. F’Dicembru 1900 Verdi trasferixxa ruhu min Sant’Agatha, fejn kien joqghod, ghall-Hotel Milan f’Milan fejn hemmhekk fl-1901 hu soffra attakk tal-qalb u miet sitt ijiem wara, ezattament fil-21 ta’ Jannar 1901. Fit-testment huwa esprima li ried funeral zghir jew kmieni filghodu jew inkella fil-ghaxija fl-Ave Maria. Ta’ bniedem umli li kien Verdi esprima ukoll il-muzika, li biex nghidu hekk kienet hajtu, kellha tkun assenti fil-funeral tieghu. Naturalment dawn ix-xewqat gew rispettati. Pero’ Verdi kellu x-xewqa ohra li l-fdalijiet tieghu u tat-tieni mara tieghu Giuseppina Strepponi kellhom jigu mpoggija fil-kappella tal-Casa di Riposo. Naturalment dan ma’ sehx sempliciment minhabba l-fatt li din id-dar kienet ghandha mhux lesta. Il-funeral tieghu sehh fit-30 ta’ Jannar u gie midfun fic-“Cimiterio Monumentale” specificament fil-qabar ta’ Giuseppina li kienet mietet tlett snin qabel. Izda din id-difna kienet wahda temporanja. Fis-27 ta’ Frar 1901, xahar wara, iz-zewgt itwiebet ta’ Verdi u martu gew maqlugha mill-gdid sabiex, skond ix-xewqa ta’ Verdi nnifsu jitpoggew darba ghal dejjem fil-Casa di Riposo li hu tant kien kburi biha. Folla enormi ta’ nies ingabbru sabiex jaghtu l-ahhar tislima lil dak il-bniedem pattrijottiku Taljan li mhux biss paxxa lid-dinja bil-muzika tieghu izda fuq kollox ta identita nazzjonali lil pajjizu. Naturalment issa t-testment ta’ Verdi ma baqghax jghodd izjed. Toscanini kien inkarigat mill-orkestra u l-kor ta’ La Scala ta’ Milan u x’hin tfacca il-corteo beda jindaqq il-famuz kor mill-opra Nabucco, “Va pensiero”.
Kollox ma’ kollox wiehed jikkonkludi li l-akbar haga li ghamel Verdi kienet, li matul perjodu ta’ kwazi sittin sena, huwa mexxa l-opra Taljana mill-innocenza ta’ Donizetti ghall-kumplessita’ ta’ l-opra ta’ Wagner – u dan kollu ghamlu kwazi wahdu. Imwieled bniedem tat-teatru, huwa holoq lingwagg ghalih fejn id-drama u l-muzika huma relatati flimkien. F’dan il-kuntest Verdi jista’ jitqies rivoluzzjonarju daqs Wagner. Pero’ fil-hsieb, Verdi pjuttost jixbab lil Mozart. Dan kollu jaghmel lil Verdi, jekk mhux l-akbar, wiehed mill-akbar kompozituri mhux biss ta’ l-opra izda tal-muzika in generali. Kienet ghalhekk haga veramnent sabieha li din is-sena d-dinja kollha ta’ l-opra qeghda taghmel enfazi kbira fuq Verdi. Ta’ min jonnota n-numru kbir ta’ pajjizi madwar id-dinja, jekk mhux sejjer zball 250, inkluz Malta, li fil-gurnata tal-mewt tieghu giet esegwita l-Messa da Requiem. F’Ghawdex ukoll itellgha il-Verdi in concerto li kien taht id-direzzjoni tieghi stess filwaqt li fiz-zewg teatri tal-belt Victoria ser jittellghu zewg opri ta’ Verdi fosthom l-opra Ernani li ser tittelgha f’Ottubru ta’ din is-sena fit-Teatru ta’ l-Opra Aurora. |
|
|
|
| |
 |
|
|
|