| |
|
|
|
| |
 |
|
|
| |
|
Thursday, April 04, 2002
|
|
|
|
| |
|
Premičre ta’ l-Opra Le Villi ta’ Giacomo Puccini gewwa l-Gzejjer Maltin |
|
|
|
| |
|
Mtella mill-Classique Foundation ta’ Ghawdex |
|
|
|
| |
|
Press Release (The Classique Foundation) |
|
|
|
| |
|
|
|
|
|
| |
|
Wara s-success li kellu l-kuncert Verdi in concerto li gie mtella nhar il-Gimgha 11 ta’ Mejju 2001 fit-teatru ta’ l-Oratorju Don Bosco, l-Classique Foundation, fundazzjoni li l-ghan principali taghha hu li tippromovi l-kultura fi gziritna billi torganizza kuncerti muzikali minn zmien ghal zmien matul is-sena, bi pjacir thabbar li din is-sena ser ittella’ f’verzjoni kuncertistika l-opra Le Villi tal-kompozitur maghruf Taljan Giacomo Puccini (1858-1924). Ta’ min jghid li din l-opra ser tittella ghall-ewwel darba gewwa l-gzejjer Maltin. Din ir-rapprezentazzjoni unika ser issir nhar il-Gimgha 14 ta’ Gunju fit-8.00 ta’ filghaxija gewwa l-Pjazza tal-Katidral li tinsab gewwa s-swar tac-Cittadella, Victoria, Ghawdex. Din ir-rapprezentazzjoni ser tkun taht il-patrocinju tal-Prim Ministru l-Onor. Dr. Eddie Fenech Adami.
Grazzi ghad-Dipartiment tal-Kultura fi hdan il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, din l-istess opra ser tittella’ ukoll gewwa Malta nhar il-Hadd 16 ta’ Gunju 2002 fit-8.00 ta’ filghaxija. Il-post ser ikun fil-Gnien tal-Palazz tal-President gewwa San Anton, Attard. Din ir-rapprezentazzjoni ser tkun taht il-patrocinju tal-President tar-Republika, l-Ecc. Prof. Guido DeMarco. Naturalment peress li l-postijiet ghal din ir-rapprezentazzjoni huwa limitati l-istedin ser isir b’invit biss.
Mistiedna Specjali
Peress li din l-opra Le Villi ser ikollha l-premičre gewwa l-gzejjer Maltin, il-management tal-Classique Foundation haseb li jkun opportun li jistieden lin-neputija tal-kompozitur u President ta’ l-Istudi Pucciniani, Dr. Simonetta Puccini. Dr. Puccini ser tkun prezenti biss ghar-rapprezentazzjoni ta’ Ghawdex.
Programm
Peress li l-opra Le Villi tiehu madwar siegha ser jigu esegwiti zewg xoghlijiet qosra ohra. Infatti il-programm ser jiftah bil-famuz intermezz mill-opra Manon Lescaut ta’ l-istess kompozitur jigifieri Puccini. Immedjatament wara ser nassistu ghall-premičre iehor ghall-gzejjer Maltin. Din is-silta iggib l-isem ta’ Requiem per coro a 3 voci miste, viola e organo (Requiem ghall-kor a 3 voci, vjola u orgni). Il-verzjoni li ser nisimghu hija orkestrata ghal ‘chamber orchestra’ minn Joseph Debrincat.
Solisti
Naturalment il-management tal-Classique Foundation haseb li jingagga kantanti li zgur ser jinzlu tajjeb ma’ l-udjenza. Fil-fatt ser naraw tlett kantanti: wahda Ghawdxija u tnejn Taljani.
Fil-parti ta’ Anna ser naraw lis-sopran Ghawdxija Miriam Cauchi li zgur li ma’ ghandha bzonn ta’ l-ebda introduzzjoni mall-pubbliku operistiku Malti. Cauchi studjat fis-Sofia State Music Academy ma’ Blagovesta Dobreva. Wara li gradwat bl-unuri kollha, Cauchi ddebuttat fl-opra ta’ Donizetti Elisir d’Amore fil-parti ta’ Adina li ttellet fil-Varna Opera House tal-Bulgaria. Sussegwentement hija irrepetiet b’success kbir dan l-istess rwol fit-Teatru Manoel. Cauchi hija ukoll r-rebbieha tal-Premju tas-Svetoslav Obretenov tal-XIV Bulgarian National Competition. Barra mill-Bulgaria Cauchi kompliet l-istudji taghha fl-arti tal-bel canto ma’ Juliette Bisazza Zanni filwaqt li attendiet master classes gewwa Barcellona li kienu mmexxija mis-sopran internazzjonali Magda Oliviero. Minn dak iz-zmien il-hawn Cauchi hadet sehem f’diversi oratorji kif ukoll kuncerti operistici ma’ l-Orkestra Nazzjonali. L-ahhar impenn importanti li kellha Cauchi kien ir-rapprezentazzjoni tal-Mass in D ta’ Joseph Vella liema rapprezentazzjoni saret fl-“Alice Tully Hall” fl-Lincoln Centre gewwa New York. Rigward recordings, Cauchi tidher f’numru ta’ CD’s ta’ xoghlijiet ta’ kompozituri Maltin. Ta’ min jghid ukoll li dan ser ikun id-debut operistiku ta’ Cauchi gewwa l-gzira ta’ Ghawdex li kull ma jmur qed issir sinonimu mar-rapprezentazzjonijiet operistici.
Fil-parti ta’ Roberto, l-gharus ta’ Anna, ser naraw lit-tenur Taljan Carlo Torriani. Dan it-tenur zaghzugh beda l-istudji vokali tieghi gewwa Milan taht id-direzzjoni ta’ Sara Corti-Sforni. Sussegwentement Torriani trasferixxa ruhu gewwa Franza u hemmhekk studja fil-Konservatorju ta’ Parigi taht id-direzzjoni ta’ Gian Koral. Infatti id-debut operistiku ta’ Torriani sehh gewwa Franza. Wara kors intensiv iehor Torriani beda imbaghad jinterpreta rwoli iktar drammatici u huwa b’dan it-tip ta’ vuci li sar l-aktar imfittex. Torriani huwa r-rebbieh ta’ diversi konkorsi: “Concorso Primo Palcoscenico” ta’ Cesena (l-ewwel premju) filwaqt li kien fost il-finalisti tal-“Concorso del Centro Internazionale” ta’ Guascogna u tal-“Concorso Internazionale” ta’ Marmande. Minbarra li kanta fil-pajjizi l-aktar importanti ta’ l-Ewropa Torriani kanta ukoll fil-Korea ta’ Isfel, l-Amerika u l-Kanada. Interessanti l-fatt li Torriani kien rakkomandat lit-tenur internazzjonali Jose Cura sabiex ikanta forsi l-aktar rwol impenjattiv fir-repertorju tenurili jigifieri l-Otello. Infatti Torriani kantat dan ir-rwol ghal mhux anqas minn disa’ darbiet. Fejn jidhlu recordings Torriani insibuh f’diversi CD’s tal-kumpanija Kicco.
Fil-part ta’ Guglielmo Wulf, missier Anna, ser naraw lill-baritnu Antonio Stragapede. Stragapede kellu l-oportunita’ li jistudju forsi ma’ l-aktar baritni famuzi bhal Leo Nucci u Piero Cappuccilli. Huwa kien ir-rebbieh ta’ diversi konkorsi u kompetizzjonijiet internazzjonali bhal per ezempju ‘Katia Ricciarelli’ ta’ Mantova, ‘Mario del Monaco’ ta’ Marsala u ‘AS.Li.Co’ ta’ Milan. Nistghu nghidu li minn hawn il-quddiem Stragapede kanta f’kull teatru ta’ l-Italja fosthom ‘San Carlo’ ta’ Napli, ‘Regio’ ta’ Turin, ‘Teatro Politeama’ ta’ Lecce (Il Corsaro ta’ Verdi – irrekordjata mir-RAI u trasmessa live fuq ir-radju), ‘A. Ponchielli’ ta’ Cremona u ‘Teatro Giordano’ ta’ Foggia. Stragapede deher ukoll fil-festival Verdjan li jigi organizzat mir-rahal ta’ Busseto. Fil-fatt fl-2000 huwa interpreta b’success kbir il-parti ta’ Iago fl-opra Otello. Barra minnhekk huwa deher f’teatri diversi madwar l-Ewropa fosthom f’Rotterdam, Monaco, Svizzera, Danimarka, Praga, Budapest, Franza, Germanja, Austria filwaqt li deher ukoll fl-Amerika, Kanada u Korea.
Matul il-karriera brillanti tieghu, Stragapede kellu l-opportunita’ jahdem ma’ kantanti celebri ohra bhal Giuseppe Giacomini, Katia Ricciarelli u Renato Bruson filwaqt li hadem ma’ diretturi bhal Yves Senn u M. Viotti. Barra minnhekk huwa irrekordja diversi opri bhal per ezempju Don Giovanni ta’ Mozart, I Medici ta’ Leoncavallo and u l-opri La Fanciulla del West u Le Villi (ma’ Katia Ricciarelli) ta’ Puccini.
Il-parti tan-Narratore ser tinqara minn Abraham Borg li zgur ma ghandu bzonn ta’ l-edba introduzzjoni fil-qasam tal-letteratura Taljana u wisq anqas fil-qasam operistiku. Infatti Borg ghandu interess kbir fl-opra u huwa l-kittieb ta’ diversi artikli li jidhru fis-‘souvenir booklets’ ta’ l-opri lirici li jigu organizzati ta’ kull sena fiz-zewg teatri principali tal-Belt Victoria. Ghall-diversi snin Borg kien ukoll itella programmi operistici li kienu jigu mxandra fuq stazzjon tar-radju lokali.
Kor
Hi haga logika li ma tistax timmagina opra minghajr korijiet. Ghalkemm mhix mimlija korijiet bhal per ezempju l-opri ta’ Verdi, Le Villi ghandha bizzejjed korijiet li jpaxxu li dak li jkun qed jisma u jaghmlu din l-opra wahda melodjuza u kif nghidu bil-Malti ‘tal-widna’. Fil- fatt f’din l-opra insibu korijiet sbieh u pjuttost impenjattivi.
Ghal dawn ir-rapprezentazzjoni l-Classique Chorus, kor ta’ madwar hamsin element, qed jigi mharreg minn Simone Attard li hija d-direttrici tal-kor.
Surmast Direttur / Orkestra
Id-direzzjoni muzikali ser tkun fdata ghal darba ohra f’idejn is-surmast zaghzugh Joseph Debrincat, li huwa wkoll id-direttur artistiku ta’ din il-fundazzjoni. Ghalkemm isem Debrincat huwa pjuttost gdid fil-qasam tad-direzzjoni, zgur li qed jistabbilixxi ruhu bhala wiehed mill-izghar diretturi muzikali ta’ Malta.
L-orkestra ser tkun dik Nazzjonali filwaqt li l-leader ta’ l-orkestra ser tkun Marcelline Agius. Ta’ min jghid li Debrincat ser ikun l-izghar surmast Ghawdxi li qatt idderiega l-Orkestra Nazzjonali.
Sponsors
Naturalment li kieku ma tkunx l-ghajnuna finanzjarja ta’ diversi entitajiet, kuncert ta’ dan it-tip ma jkunx jista’ jittella’, izjed u izjed meta d-dhul huwa minghajr hlas. L-isponsors principali huma l-Ministeru ghall-Ghawdex, Il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, GO Mobile, il-Kunsill Lokali Rabat, Malta Tourism Authority, Maltacom plc, Air Malta plc, Central Bank of Malta u V.J. Salamone (Trading) Ltd. Ma’ dawn jinghaqdu ukoll diversi entitajiet ohra li l-ghajnuna taghhom hija ferm apprezzata.
Dhul
Id-dhul ghal din l-opra ser ikun b’xejn. Ghal aktar informazzjoni wiehed jista’ jfittex fuq il-website tal-Classique Foundation: www.classique.org jew icempel fuq dawn in-numri 21551871, 9948 7341, 79551871.
F’kaz ta’ maltemp dawn ir-rapprezentazzjonijiet ser isiru f’post olternattiv. Aktar dettalji jinaghtaw aktar il-quddiem. |
|
|
|
| |
 |
|
|
|