Sunday, May 14, 2000
     
    Success Meritat      
         
    Lino Gatt (Il-KullHadd)      
           
    Il-Ministeru tal-Kultura f’Ghawdex b’kollaborazzjoni mal-Kapitlu tal-Katidral u l-Leisure resort ta’ San Lawrenz ipprezenta kuncert vokali u strumentali that id-direzzjoni taz-zaghzugh surmast Joseph Debrincat. F’dan il-kuncert hadet sehem orkestra maghmula minn muzicisti maghzula, il-kor Ecclesiae Cathedralis u s-sopran Rita Dimech.

Ghalkemm Joseph Debrincat nistghu nghidu li ghadu isem gdid fl-arena muzikali ta’ pajjizna, jidher li huwa tassew ppreparat u li jaf x’irid. Xhieda ta’ dan kien is-success misthoqq u l-apprezzament ta’ dawk prezenti wara kull silta li ndaqqet. Il-kuncert kien jikkonsisti fi 13-il silta mqassma bejn orkestra, il-kor u s-sopran. Ma naqsux wkoll xoghlijiet ta’ kompozituri Maltin, wiehed ta’ Carmelo Pace u iehor ta’ John Galea.

Debrincat fetah il-programm tieghu b’xoghol ghall-orkestra ta’ Pace – Eventide. Ghalkemm Pace kien wiehed mill-kompozituri l-aktar prolifici ta’ pajjizna sfortunatament ghad hemm hafna muzika minn tieghu li ghadha ma gietx esegwita. L-Eventide hu xoghol attraenti, pjacevoli, b’muzika deskrittiva u serena kif jissuggerixxi t-titlu. Wara mess il-famuza aria tas-sopran Ave Maria mill-ahhar att tal-Otello ta’ Verdi, interpretata mis-sopran Rita Dimech. Dimech kienet ippreparata tassew tajjeb.

Xoghol iehor li hadet sehem fih is-sopran Dimech kien il-Laudamus li jifforma parti minn quddiesa ta’ Francesco Azopardi, li s-surmast Debrincat iltaqa mieghu waqt li kien qed jaghmel ricerki fl-arkivji tal-Katidral ta’ Ghawdex. Hafna partijiet minn din il-quddiesa kienu mitlufa u nstabu mis-surmast Debrincat waqt dawn ir-ricerki.

L-edizzjoni ta’ dan ix-xoghol sabih sar minn Debrincat innifsu u ghalkemm gie esegwit tajjeb hafna mis-sopran Dimech, jidher li hu aktar adattat ghal vuci femminili aktar leggiera.

L-orkestra mbaghad daqqet it-tieni moviment mis-Serenata in Mi Minore Op 20 ta’ Elgar. Kien hawn fejn deher bic-car il-bilanc li Debrincat irnexxielu johloq fl-ghazla tal-muzicisti li ffurmaw l-orkestra li ma kenitx kbira wisq. Kien biss 24 izda bizzejjed biex ixejnu l-hafna kliem fieragh u bla sens ta’ dawk li pubblikament jistqarru li f’Malta m’hawnx aktar minn ghaxra li kapaci jdoqqu f’orkestra u li dejjem mohhhom biex iwarrbu l-muzicisti Maltin u flokhom igibu l-barranin.

Il-kor Ecclesiae Cathedralis wkoll ma baqax lura u ta wirja tajba u effettiva fl-Ave Verum ta’ Mozart kif ukoll f’La Vergine degli Angeli. F’din ta’ l-ahhar is-sopran nghaqdet mal-kor fit-talba mill-Forza del Destino wkoll ta’ Verdi. Xoghlijiet ohra kienu Canticum for Strings tas-Surmast John Galea, l-Eine Kleine Nachtmusik, xoghol popolari ta’ Mozart f’erba’ movimenti, il-Preludju mit-tielet att tat-Traviata, fejn fiz-zewg siltiet, Debrincat kien sensittiv u dinamiku kemm fid-direzzjoni kif ukoll fl-interpretazzjoni.
Is-sopran Dimech regghet instemghet fl-Agnus Dei ta’ Bizet b’orkestrazzjoni tas-surmast Debrincat innifsu.

L-ahhar dehra ta’ Dimech kienet ir-romanza Vissi d’Arte mit-Tosca ta’ Puccini. Din hi wahda mill-aktar romanzi difficli fir-repertorju kollu Puccinjan, izda Dimech kantat b’emozzjoni u harget bl-unuri kollha.

Il-kuncert mbaghad wasal fi tmiem tieghu billi l-orkestra daqqet l-Intermezz mill-Cavalleria Rusticana ta’ Mascagni u l-kor ghalaq is-serata bil-famuz u popolari kor ta’ l-Ebrej minn Nabucco ta’ Verdi.

Is-success ta’ dan il-kuncert kien dovut ghal pjanar serju u intelligenti, preparazzjoni ntensa u serjeta’ fl-esekuzzjoni. Dan kien kuncert li zgur se jkompli jghin biex kemm is-surmast Joseph Debrincat kif ukoll is-sopran Rita Dimech ikomplu b’success il-karriera muzikali taghhom.
 
 
     
   
© 2002 The Classique Foundation - Developed by BWS NewMedia
     
   
Best Viewed with 800x600 Resolution or more