| |
|
|
|
| |
 |
|
|
| |
|
Tuesday, May 22, 2001
|
|
|
|
| |
|
Tislima lil Verdi mill-Fundazzjoni Classique f’Ghawdex |
|
|
|
| |
|
|
|
|
|
| |
|
Lino Gatt (L-Orizzont) |
|
|
|
| |
|
|
|
|
|
| |
|
Kull serata li fiha tigi esegwita muzika Verdjana, hi okkazjoni li m’ghandhiex tintilef mid-dilettanti ta’ l-opra. Din is-sena, meta d-dinja muzikali qed tfakkar il-100 sena mill-mewt ta’ dan il-kompozitur kbir ta’ l-opra Taljana, il-Fundazzjoni Classique t’Ghawdex sellmet lil Giuseppe Verdi, b’kuncert ta’ saghtejn li ttlella’ fl-Oratorju Don Bosco, f’Ghawdex, b’orkestra that it-tmexxija tas-Surmast zaghzugh Joseph Debrincat u bil-partecipazzjoni tas-sopran Rita Dimech, it-tenur Joseph Aquilina u l-baxx Noel Galea.
Hi tassew hasra li dan il-kuncert ittella’ biss darba f’Ghawdex u hadd ma hass il-htiega li jerga jittella’ hawn Malta fejn jista jitgawda wkoll mid-diletanti Maltin u li ghal diversi ragunijiet ma jkunx possibli ghalihom li jattendu ghas- serata f’Ghawdex. Il-kuncert li originarjament kellu jsir fil-5 ta’ Mejju, thassar minhabba l-maltemp u sar il-Gimgha 11ta’ Mejju.
Jinghad li Verdi ma tantx kien hanin mal-kantanti fl-opri tieghu u ghalhekk kien interresanti li wiehed jara x’kienet ser tkun l-ghazla tas-surmast u t-tliet solisti fit-tfassil ta’ dan il-programm, mill-ewwel write kemm l-ghazla saret bil-ghaqal.
Il-kuncert fetah bl-overture mill-opra Giovanna d’Arco fejn iz-zaghzugh Surmast Debrincat wera kontroll assolut fuq l-orkestra, u din irrispondiet ghal dak kollu li xtaq johrog minnha l-aktar fit-tieni movement fejn l-oboe, il-klarinett u l-flawt kienu solisti.
Barra minn hekk wiehed seta’ jara fis-Surmast Debrincat, li ghadu fil-bidu tal-karriera tieghu, hila u kapacita’ ghall-mod li bih ikkontrolla mhux biss l-orkestra izda wkoll l-kantanti u l-kor fl-esekuzzjoni tas-siltiet taghhom.
Fil-parti vokali smajna l-ewwel lis-sopran Rita Dimech li interpretat Pace pace mio Dio mill-ahhar att ta’ La Forza del Destino, romanza difficli li Verdi kiteb ghas-sopran drammatika. Ghalkemm il-vuci ta’ Rita hi dik ta’ liriku spint, il-vuci taghha hi mzejna b’timbru tond, sabih, impostat u b’registri ugwali. Barra minn hekk il-kontroll fuq l-artikolazzjoni, il- kulur fl-espressjoni, frazeggar meqjus u d-dizzjoni cara ghenu mhux ftit biex Rita setghet teghleb il-hafna diffikultajiet li sopran tiltaqa’ maghhom f’romanzi ta’ din ix-xorta u tat interpretazzjoni tajba mhux biss ta’ din ir-romanza, izda wkoll tas-siltiet l-ohra kollha li kantat, li kienu Tacea la notte placida mit-Trovatore u l-Addio del passato mit-Traviata. Kien f’din ta’ l-ahhar li minkejja interpretazzjoni tajba, l-aktar li seta’ jinhass n-nuqqas drammatiku mehtieg fl-interpretazzjoni ta’ din ir-romanza.
Wara s-sopran smajna lit-tenur Joseph Aquilina, wiehed mit-tenuri ewlenin ta’ pajjizna. Aquilina hu tenur liriku aktar milli liriku spint u ghalhekk l-ghazla ghalih kienet tassew difficli. Madanakollu Aquilina li ghandu vuci simpatika hafna, ghazel siltiet adattati ghall-vuci tieghu u ta interpretazzjoni tajba.
Huwa kanta b’espressjoni ir-romanza Ah la paterna mano mill-Macbeth u wara kompla b’La donna e’ mobile mir-Rigoletto, l-Ingemisco mir-requiem u flimkien mas-sopran Rita Dimech kanta zewg dwetti mit-Traviata, il-Parigi o cara u l-Brindisi. Dawn ix-xoghlijiet kollha kkoncentrati madwar ir-registru medju li bla dubju huwa l-isbah registru u l-akbar wiehed li l-kantant ihossu komdu fih.
Il-kantant l-iehor li ha sehem f’dan il-kuncert kien il-baxx Noel Galea li zgur li fost il-kantanti li hadu sehem kellu l-inqas difficulta’ fl-ghazla tas-siltiet, ghax Verdi haseb ghal din il-vuci fl-opri tieghu kollha u ghalhekk jekk kellu diffikulta’ liema kien ser jaghzel u liema jhalli barra. Il-vuci ta’ Noel Galea hija vuci sabiha, tonda, sonora fir-registru baxx u medju b’tendenza li titlef xi ftit mill-qawwa taghha fir-regirtru akut. Madanakollu Noel ghazel xogholijiet adattati ghall-vuci tieghu u l-ewwel ghazla kienet it-talba ta’ Zaccaria, Tu sul labbro minn Nabucco.
Din it-talba sabiha ghandha introduzzjoni solenni u solo mill-vjolincell li giet interpretat tajjeb hafna minn Mario Psaila. It-talba taghmel uzu sew mir-registru baxx tal-kantant u Noel kien mhux biss komdu izda wkoll sensittiv fl-interpretazzjoni li ta’ mhux biss f’din, izda wkoll fir-romanzi l-ohra, Infelice e tuo credevi mill-Ernani, u Come dal ciel precipita mill-Macbeth. Minbarra t-tliet solisti kien hemm ukoll kor imlaqqa’ u mharreg tajjeb ghall-okkazjoni li interpreta tliet xogholijiet l-aktar popolari mill-Lombardi, Trovatore u Nabucco.
Kif tennejt fil-bidu, is-success ta’ dan il-kuncert kien dovut mhux biss ghall-mod kif gew esegwiti s-siltiet maghzula, izda l-aktar ghall-hsieb ghaqli li bih tfassal fejn kull partecipant gharaf jevelwa lilu nnifsu u ghazel siltiet li bihom seta’ johrog bl-unuri kollha fl-interpretazzjoni tal-muzika gganteska ta’ dan l-akbar kompozitur ta’ l-opra Taljana. |
|
|
|
| |
 |
|
|
|