| |
|
|
|
| |
 |
|
|
| |
|
Wednesday, April 04, 2001
|
|
|
|
| |
|
VERDI in concerto |
|
|
|
| |
|
|
|
|
|
| |
|
Press Release (The Classique Foundation) |
|
|
|
| |
|
|
|
|
|
| |
|
Il-Fundazzjoni Classique, fundazzjoni li l-ghan principali taghha hu li tipprwomovi l-kultura fi gziritna billi torganizza kuncerti muzikali minn zmien ghal zmien matul is-sena, ghandha il-pjacir thabbar li ser ittella’ kuncert vokali u orkestrali nhar is-Sibt, 5 ta’ Mejju, 2001 gewwa t-Teatru ta’ l-Oratorju Don Bosco, Victoria, Ghawdex fit-8.00 ta’ filghaxija.
Fil-fatt dan il-kuncert ser jigi mtella’ biex jikkommemora zewg avvenimenti. L-ewwel avveniment huwa l-inawgurazzjoni ufficjali ta’ din il-fundazzjoni u l-iehor huwa l-ewwel centinarju mill-mewt tal-kompozitur maghruf Taljan Giuseppe Verdi (1813-1901). Ghalhekk dan il-kuncert vokali u orkestrali qed jigi msejjah Verdi in Concerto.
Ta’ min jghid li din l-attivita’ ser tkun taht il-patrocinju tal-President ta’ Malta, l-E.T. Prof. Guido de Marco, u ghalkemm id-dhul ghal dan il-kuncert huwa minghajr hlas ser issir gabra b’rizq ir-Respite Centre gewwa Ghajnsielem, Ghawdex.
Solisti
Hija haga logika li meta ssemmi lil Giuseppe Verdi trid isemmi l-kantanti. F’dan il-kuncert ser jiehdu sehem tliet solisti, tnejn Ghawdxin u wiehed Malti. Bhala sopran ser naraw lil Rita Dimech li zgur li ma ghandha bzonn ta’ l-ebda introduzzjoni mal-pubbliku. Dimech dehret f’bosta kuncerti kemm fil-gzejjer Maltin kif ukoll barra minn Malta bhal l-Ingilterra, l-Amerika ta’ fuq, il-Germanja u l-Olanda. Lil Dimech rajnieha wkoll f’diversi opri lirici li ttellghu fit-Teatru ta’ l-Opra Aurora. Fil-fatt hija interpretat il-parti ta’ Suzuki fil-Madama Butterfly ta’ Puccini, Floria Bervoix f’La Traviata ta’ Verdi, La Grande Sacerdotessa fl-Aida ta’ Verdi u f’Novembru li ghadda interpretat b’success kbir il-parti impenjattiva sew ta’ Micaela fil-Carmen ta’ Georges Bizet.
Bhala tenur ser naraw it-tenur Joseph Aquilina. L-istess bhal Dimech, lit-tenur Aquilina rajnieh f’diversi kuncerti kemm fil-gzejjer Maltin kif ukoll barra minn xtutna. Fir-repertorju operistiku Aquilina rajnieh jinterpreta b’success il-parti ta’ Piero fil-Compostella ta’ Camilleri, Spoletta fit-Tosca ta’ Puccini u Ruiz f’Il Trovatore ta’ Verdi. Aquilina kanta wkoll fil-Missa Brevis ta’ Haydn li kienet saret fl-Universita’ ta’ Malta u fil-Messa di Gloria ta’ Puccini li kienet saret fil-Bazilika ta’ Sant’Elena gewwa Birkirkara.
Bhala baxx ser naraw lil Noel Galea li certament huwa wiehed mill-aktar baxxi mfittxija gewwa l-gzejjer Maltin. Galea deher f’diversi kuncerti kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta. Deher ukoll f’diversi opri bhal La Traviata, Cosi’ fan tutte, La Cambiale di Matrimonio, Il Barbiere di Seviglia, Le Nozze di Figaro, Compostella, The Maltese Cross, Macbeth u Tosca. Fl-1999 huwa kanta mas-Sofia Symphony Orchestra fil-Messa Leggiera ta’ Nicolò Isouard u fil-Ggantija ta’ John Galea li gew irrekordjati fuq zewg CDs. Aktar kmieni din is-sena Noel kien l-uniku solist Malti li ha sehem fil-Messa da Requiem ta’ Giuseppe Verdi li saret fis-Sala tal-Mediterran ghall-Konferenzi.
Kor
Minghajr l-icken dubju, Verdi huwa l-kompozitur tal-korijiet. L-opri tieghu huma mizghuda b’dawk il-korijiet sbieh li jpaxxu l-widna. Ghalhekk f’dan il-kuncert ser jigu esegwiti whud mill-isbah korijiet mill-opri Verdjani. Il-kor, The Classique Chorus, ser ikun kompost min 50 korist maghzula fost l-ahjar element minn Ghawdex kollu. Dawn ser ikunu awmentati minn diversi koristi Maltin. Is-surmast tal-kor huwa Joseph Debrincat u huwa meghjun minn Jennifer Camilleri.
Orkestra
L-orkestra ser tkun komposta minn 45 element maghzula minn fost l-ahjar muzicisti ta’ Malta. Xi muzicisti Ghawdxin ser jiffurmaw parti wkoll minn din l-orkestra. Il-leader ta’ l-orkestra ser tkun Marcelline Agius.
Surmast Direttur
Id-direzzjoni muzikali ser tkun fdata f’idejn is-surmast zaghzugh Joseph Debrincat, li huwa wkoll id-direttur artistiku ta’ din il-fundazzjoni. Ghalkemm isem Debrincat huwa pjuttost gdid fil-qasam tad-direzzjoni, zgur li qed jistabbilixxi ruhu bhala wiehed mill-izghar diretturi muzikali ta’ Malta.
Programm
Naturalment, il-muzika li ser tigi esegwita f’dan il-kuncert hija kollha muzika Verdjana. Fost dawn wiehed ghandu jsib siltiet mill-opri Nabucco, I Lombardi alla prima Crociata, Giovanna d’Arco, Ernani, Il Trovatore, La Traviata, Rigoletto, La Forza del Destino, Macbeth, kif ukoll silta mill-Messa da Requiem.
Sponsors
Naturalment li kieku ma tkunx l-ghajnuna finanzjarja ta’ diversi entitajiet, kuncert ta’ dan it-tip ma jkunx jista’ jittella’, izjed u izjed meta d-dhul huwa minghajr hlas. L-isponsors principali huma l-Ministeru ghall-Ghawdex, il-Kunsill tal-Kultura, il-Kunsill Lokali Rabat, Malta Tourism Authority, Maltacom plc, GO Mobile, FIMBANK, Central Bank of Malta u V.J. Salamone. Ma’ dawn jinghaqdu ukoll diversi entitajiet ohra li l-ghajnuna taghhom hija ferm apprezzata.
Dhul
Kif gie accennat aktar kmieni, id-dhul ghal dan il-kuncert ser ikun b’xejn. Pero’ min irid jirrizerva post fis-sala jista’ jaghmel dan billi jcempel fuq dawn in-numru 551871, 0948 7341, 79551871 u jista’ jaghmel dan minn nhar it-Tnejn, 23 ta’ April, 2001. |
|
|
|
| |
 |
|
|
|